Wara lejla oħra ta’ talent mużikali u emozzjoni fuq il-palk ta’ Brillanti, rajna diversi talent jispikkaw fit-tielet semifinali li kellha t-tema speċjali “Brillanti Singers Goes Films.” Il-parteċipanti kellhom jinterpretaw kanzunetti minn films ikoniċi, u tliet kantanti ħallew impressjoni qawwija fuq il-ġurija ta' Brillanti.

Joe Romano ħa l-ewwel post din il-ġimgħa b’interpretazzjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta I Don’t Want To Miss a Thin" mill-film Armageddon, magħrufa mill-grupp Aerosmith. Il-vuċi tiegħu kienet waħda qawwija u l-emozzjoni li għadda għenuh biex joħroġ dak l-elementi ewlenin biex jgħinuh jispikka u dan għen biex jirbaħ din is-seminali.

Fost l-aqwa tlieta tas-serata kien hemm ukoll Mirelle McKay, li kantat Spirit mill-film The Lion King, u Maxine Borg, li ppreżentat b’saħħa kbira l-kanzunetta Stand Up mill-film Harriet. It-tnejn li huma ġew imfaħħra għall-preżenza fuq il-palk u l-kontroll tal-vuċi tagħhom.

Kienet serata mimlija talent, emozzjonijiet u mumenti li żgur ser jibqgħu f’moħħ l-udjenza li qed issegwi dan il-programm b'ħerqa. L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Brillanti qed tkompli turi l-livell għoli ta’ kantanti li għandna f’pajjiżna.


Emil Calleja Bayliss