The Malta Police Force xerrdu post fuq il-paġna uffiċjali biex iwissu lill-pubbliku dwar rapporti li qed isiru minħabba telefonati permezz ta' Whatsapp.

Telefonati li jippruvaw jingannaw lin-nies hekk kif qed jidher logo assoċjat mal-Korp tal-Pulizija.

"Meta l-persuni qed iwieġbu dawn it-telefonati qed tkellemhom persuna b'wiċċu mgħotti u bi flokk li jixbaħ uniformi tal-Pulizija u titlob dettalji relatati dettalji tal-bank u karti ta' kreditu."

Il-Pulizija jaċċertaw li dawn mhumiex telefonati mingħand il-Korp u min jirċevihom għandu jinjorahom.


Gwida.mt