Fuq il-mezzi soċjali, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tħabbret il-mewta tal-attrċi u preżentatriċi maħbuba Monica Attard. Jidher li Monica kienet ilha tissielet kanċer għal xi żmien u sfortunatament tilfet il-battalja tagħha lbieraħ.

Hu mifhum li l-aħħar tislima lil din l-attriċi maħbuba Monica Attard se tingħata nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju fil-Knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema fid-9.30 ta' filgħodu.

L-aħħar xogħlijiet li dehret fihom Monica fuq it-televiżjoni lokali kienu proprju Nostalġija u L-Ispettur. Grazzi tal-kumpanija li żammejet lit-telespettaturi tul is-snin, grazzi talli bit-tbissima u l-ġentilezza tiegħek kont ta' wens lis-semmiegħ u grazzi li dħalt f'tant karattri varji biex tagħtihom il-ħajja.

Is-sliem għażiża!

Facebook / NET Television


Emil Calleja Bayliss