Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Dr Nicholas Briffa tkellem dwar djalogu li ħa sehem fih hu riċentament. Beda billi qal, “Esperjenza sabiħa oħra ġewwa Għawdex. Djalogu dwar diversi temi li jirrigwardaw it-trobbija, il-psikoloġija u s-saħħa mentali.”

Żied jgħid, “Tkellimna dwar ħiliet speċifiċi ta’ trobbija relatati mal-kura bażika tat-tfal, is-saħħa, is-sikurezza u l-iżvilupp tat-tfal, l-interazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, u l-ġestjoni tal-imġiba tat-tfal. Fid-diskors konklussiv tkellimt fuq l-importanza li bħala ġenituri nkunu ġentili magħna nfusna. Wara kollox, minkejja l-isfidi, il-ġenituri qegħdin jagħmlu dak li jistgħu għal uliedhom.”

Temm billi qal, “Mal-kollegi u ħbieb Mark Laurence Zammit, Anton Grech u Elaine Schembri Lia li flimkien konna membri fil-panel. Grazzi lill-Knisja t'Għawdex tal-istedina u grazzi lil ħafna Għawdxin li bil-mod il-mod qed ikolli l-opportunità li nsir naf.”


Charlton Cefai