Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook Moira Delia qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ importanti li ta’ min jagħti kasu.

Bdiet billi qalet, “Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni ta’ dawk is-sidien tal-annimali li jagħmlu użu mis-servizz ta’ pet groomers. - F’każ riċenti waqt grooming session fejn is-sid tal-annimal ma kinitx preżenti, Groomer Li Għadha Żgħira Fl-Età Abbużat Kelb Li Kien Taħt Ir-Responsabilità Tagħha Waqt Il-Grooming. Dan nafuh minn filmat li ħareġ mingħand sid il-ħanut u wara li l-kelb wera mġieba mhux normali lura d-dar ma’ sidu. Il-każ ser jiġi nvestigat!”

Żiedet tgħid, “Nitolbukom toqgħodu attenti ħafna għand min tmorru u mportanti li tiċċekkjaw u tistaqsu qabel tafdaw groomer. Lit-tfal tagħna ma nħalluhomx weħedhom għand hairdresser, l-istess għandu japplika għall-pets tagħna! U jekk tħalluhom, kunu ċerti li tistgħu tarawhom live fuq CCTV.”

Temmet billi qalet, “Finalment, din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn irridu li l-groomers jiġu regolariżżati u obbligati bil-liġi li jinstallaw CCTV. Kieku ma kienx hemm CCTV dan il-kas qatt ma konna nsiru nafu bih u l-groomer ma kienitx tiġi investigata.”

Facebook/Moira Delia


Charlton Cefai