Imiss li fit-18 ta' Mejju li ġej tibda l-avventura mistennija ta' Love Island Malta. Dan ser ikun it-tielet staġun, fejn numru ta' parteċipanti jippruvaw isibu l-imħabba.

Il-format sa issa qatt ma kien b'xandira diretta 24 siegħa kuljum, iżda hawn min jixtieq jara dan iseħħ. Bla dubju hemm uħud li ma qablux, għar-raġuni li ma jirnexxilhomx isibu ċans isegwu dak li jkun qed jiġri fil-villa ħin kollu li kieku.

Ta' min isemmi, li din mhix xi ħaġa faċli. Biex ikollok xandira diretta kontinwa għaddejja 24 siegħa kuljum, hemm ħidma u dedikazzjoni kbira involuta. Nieħdu l-okkażjoni biex nifirħu lit-tim tal-produzzjoni ta' Love Island Malta, li dejjem tawna spettaklu ta' livell għoli.

Tixtieq li Love Island Malta jiġi mxandar 24 siegħa kuljum? 

Youtube/ Love Island Malta


Gwida.mt