It-tim ta' UEJJA, il-programm ta' nhar ta' Ħadd wara nofsinhar, ippreżentat minn Angie Laus, qed ifittex uċuħ ġodda!

Fil-fatt huma tefgħu avviż biex japplikaw aktar nies. Jekk għandek xewqa li tipparteċipa f'dan il-programm segwit minn tant u tant telespettaturi, reġa' għandek l-opportunita! Int għandek tibgħat messaġġ privat bl-ismijiet, eta, u numru tal-mowbajls tiegħek u tal-parteċipant li se jkollok miegħiek. Regola importanti hi dik li biex tipparteċipa jrid ikollok 'l fuq minn 18-il sena. 

Titħajjar tittanta xortik jew? UEJJA!


Kyle Zarb