Lua hija, kontenitur tal-qsari li tgħidlek x’emozzjoni qed tħoss il-qasrija tiegħek.

Dawk li ħarġu bl-idea ta’ Lua, għamlu dan sabiex jgħinu lin-nies jieħdu ħsieb il-qsari tagħhom b’mod aħjar, bit-tir li jgħixu ħajja itwal.

pjanta 1

Lua hija pprogrammata sabiex turi 15-il emozzjoni diffferenti li jinnotifikawk meta l-qasrija ta’ ġo fiha għanda bżonn xi ħaġa. Fost l-emozzjonijiet li tista’ turik Lua, hemm li għanda bżonn aktar ilma, jew inkella għanda bżonn aktar xemx.

Tista’ tikkontrolla kollox minn app fuq il-mobile tiegħek.

pjanta

L-ewwel darba li deher dan il-prodott revoluzzjonarju għad-dinja tax-xtieli, huwa fuq il-pjattaforma indiegogo.com li huwa sit li jgħin inventuri li għandom ideat kbar iżda m’għandomx il-fondi sabiex jgħamluhom realta’. B’hekk dawk interessati fil-proġett, ikunu jistgħu jgħinu sabiex jiffinanzjaw l-idea.


Luke Borg