Dr Nicholas Briffa llum qasam x’għallmitu r-ri  erka tiegħu dwar l-ikel ipproċessat u x’effett għandu fuq l-iżvilupp tal-ġisem u l-moħħ. “Studju ġdid fuq il-ġrieden sab li dieta bażata fuq junk food (dieta b’ħafna ikel ipproċessat, xaħmijiet saturati u zokkrijiet sempliċi bħal ngħidu aħna ċikkulata, cookies, patata tonda tal-pakkett eċċ) ifixkel l-iżvilupp tal-moħħ u l-memorja. Dawn il-ġrieden żgħar u adolexxenti kellhom rilaxx ħafna inqas ta' aċetikolina meta mqabbel ma' dawk li kielu dieta tajba. L-aċetilkolina hija kimika (speċifikament newrotrasmettitur) li għandha rwol importanti fil-memorja, it-tagħlim, l-attenzjoni u l-moviment involontarju tal-muskoli. Barra minn hekk, meta l-ġrieden tal-"junk food" tpoġġew fuq dieta tajba għas-saħħa, il-ħsara ma ġietx imreġġa' lura. Dan jimplika li l-bidla tista' tkun permanenti”, qal.

“Dawn ir-riżultati jenfasizzaw lir-rwol importanti li għandha d-dieta tagħna kemm għall-moħħ inġenerali tat-tfal kif ukoll speċifikament għall-memorja” żied jgħid Dr Briffa. Madanakollu, hu żied ukoll li dan għandu jsir b’mod għaqli, u m’hemm xejn ħażin billi darba fill dak li jkun jieġu xi ħaġa li m’hijiex bnina.


Nicole Zammit