Illejla waqt KKI li xxandar fuq NET Television u ġie ppreżentat minn Marvic Spiteri u Charles Saliba, kantaw total ta' 20 finalist/a. Kull kanzunetta kellha l-ispeċjalità tagħha u kellna varjetà kbira ta' stili u vuċijiet.

Minn dawn l-20 kanzunetti, rebħet Kuruni ta' Ruth Portelli fuq kliem ta' Paul Ellul u mużika ta' Mark Spiteri Lucas.  Fit-tieni post ġiet Fjuri ta' Mardy Farrugia fuq kliem u mużika ta' Rita Pace, segwita fit-tielet post minn Darba f'Mitt Qamar ta' Graziella Vella  fuq kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Kaya .

Ir-rebbieħa tat-televoting kienet il-kanzunetta Jgħidulek kantata minn Krista Spiteri fuq kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Kaya.

Nifirħu lil dawn il-kantanti bravissimi kollha u nittamaw li nerġgħu narawhom ixerrdu t-talent tagħhom ma ndumux! Prosit mill-ġdid lir-rebbieħa Ruth Portelli kif ukoll lit-tim tagħha, Paul Ellul u Mark Spiteri Lucas.

Net Television/ Net on demand


Kyle Zarb