Il-qabru, il-gremxula ta’ Filfla, ir-rubin ... minkejja ċkunitha, żgur mhux ta’ min jgħid li Malta ma tħaddanx varjetà unika ta’ annimali u ħlejjaq. Għaldaqstant, jidher li r-repertorju tal-fawna Maltija għadu kemm twessa’ b’annimal ftit li xejn akbar u aqwa minn dawk li għadna kemm semmejna... il-ġiraffa Maltija!

Orrajt, ngħiduha kif inhi... għandna d-dubji kemm din ix-xbieha verament hija ġiraffa ta’ vera. Però fl-aħħar mill-aħħar, ma neħduhiex bi kbira li kieku l-aħbar tkun minnha – wara kollox, il-puma fuq il-bejt ta’ ftit xhur ilu wrietna bid-dritt li Malta mhijiex nieqsa minn dik id-daqqa eżotika! U kumbinazzjoni daqt joħroġ Lion King il-ġdid...

Giraffe

Flickr / Tambako The Jaguar

Iż-żewġ ritratti, li ttieħdu lbieraħ ġewwa San Pawl il-Baħar, qegħdin iduru ġmielhom fuq il-midja soċjali, kulħadd jagħmel l-almu tiegħu jipprova jaqta’ x’tista’ tkun dik ix-xbieha fuq il-bejt. Għaldaqstant, bosta qed isibuha diffiċli jiddeċifraw xi ħaġa lil hinn minn ġiraffa, għaliex minħabba l-velu tad-dalma ta’ filgħaxija, l-oġġet miġbud għandu xeħta liema bħalha ta’ dan l-annimal tawwali.

Taħsbu li Malta ħa ssir l-Arka l-ġdida ta’ Noè?

Facebook / Mary Grace Sciberras


Kurt Gabriel Meli