Il-paġna ta’ Puttinu Cares kitbu messaġġ ta’ ringrazzjament lil kull min attenda ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Toyha Mangani għaliex bejniethom irnexxielhom jiġbru somma flus għal Puttinu.

Huma kitbu, “Toyha Mangani taret mal-anġli fl-età ta’ 19 -il sena. Bi qlub imnikkta nsellmulha sakemm nerġgħu niltaqgħu. Grazzi lill-ġenituri tagħha, il-familja, u l-ħbieb li ġabru €345 għal Puttinu Cares waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tagħha. Se nżommuhom fit-talb tagħna. Nitolbu ukoll biex Alla jkompli jżomm idejh fuqkom.”

Nirringrazzjawhom mill-qalb talli rnexxielhom jiġbru din is-somma sabiħa li żgur se tgħin lil tant nies u anke tfal li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Il-memorja ta’ Toyha ma ninsewha qatt. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.

Facebook / Puttinu Cares


Gabriella Borg