Il-kantanta Għawdxija Morena kellha Milied ħieni flimkien mal-familja tagħha: Brian u l-ulied Zac u Estelle. F'messaġġ li kitbet, Morena xtaqet ir-rigal tat-tama u mħabba lil dawk kollha li jsegwuha. Rigal sabiħ li mhux materjali u li żgur kulħadd ikollu bżonn; tama u mħabba. Morena kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-2008 f'Belgrad fis-Serbja wara li s-sena ta' qabel intrebaħ minn Marija Šerifović u b'hekk sar f'dan il-pajjiż meraviljuż.

Morena rajnieha wkoll bħala preżentatriċi. Ilna ftit ma narawha fuq it-televiżjoni. Tgħid għad nerġgħu narawk tkanta jew tippreżenta? Awguri Morena u lill-Għawdxin kollha li jsegwuna wkoll fuq Gwida.mt

Ritratt: Facebook/ Morena Camilleri


Clifford Galea