Għad għandha biss 14-il sena, Anika Chebrolu minn Texas għadha kemm rebħet '3M Young Scientist Challenge' flimkien ma' $25,000. Ir-rebħa ġiet wara li skopriet molecule li ħafna qed jaħsbu tista' twassal għall-fejqan tal-Covid-19. Ix-xogħol u l-istudji tagħha jistgħu jwasslu għal terapija fuq il-Covid-19.

Chebrolu tgħid li n-nannu tagħha ħeġġiġha biex tidħol fil-qasam tal-Chemistry u tixtieq la tikber issir xjentista. Bħalissa Chebrolu qed tirċievi diversi messaġġi minn madwar id-dinja biex jifirħulha. 

CBS


Anthony Baldacchino