F’post fuq Facebook, il-kantant u l-għalliem tal-kant Dominic Cini kiteb li għandu student ġdid nieqes mid-dawl iżda mimli b’kuraġġ liema bħalu. Ilkoll nistgħu nitgħallmu xi ħaġa siewja għal ħajjitna minn dan it-tifel!

Dominic Cini kiteb li Kezman Mamo “mmeraviljani bit-tbissima fuq wiċċu u d-determinazzjoni li għandu għall-kant.” Kezman huwa eżempju ċar ta’ kemm fil-ħajja għandna dejjem nibqgħu pożittivi għal kull ħaġa li jkollna nħabbtu wiċċna magħha.

Mingħajr dubju Kezman huwa xempju ta’ kemm m’għandna qatt naqtgħu qalbna. It-tim ta’ Gwida.mt jaqbel perfettament ma’ dak li kiteb Dominic, “għandek x’għandek, il-ħajja trid tkompli bħal qatt qabel. Taqta’ qalbek qatt!”

Aħna ninsabu ċerti li fil-futur se nisimgħu b’dan il-kantant, li żgur se jkun ta’ ispirazzjoni kbira għal ħafna u ħafna nies! Filwaqt li Gwida.mt tawgura lil Kezman Mamo għall-karriera tiegħu fil-kant, tawguralu sabiex jibqa’ mimli bil-kuraġġ u d-determinazzjoni!

Facebook / Dominic Cini


Yasmin Camilleri