Wara 6 snin ta’ servizz, uffiċjalment intemmet il-karriera tal-kelba tad-Dwana K9 Sophie. Issa, Sophie sabet dar ta’ mħabba mal-impjegata tad-Dwana li kienet tieħu ħsiebha tul is-snin tas-servizz. 

Sophie, Labrador Retriever, kienet ta' valur siewi ħafna għat-tim kollu. Fost 51 sejba li jammontaw għal iktar minn miljun ewro, l-ikbar suċċess li għamlet kien meta sabet €165,318 fi flus mhux iddikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Barra minn hekk, Sophie irnexxielha tgħin f'28 każ li kienu jinvolvu t-tabakk u s-sigaretti. 

Fl-ewwel tliet xhur tal-2024, bis-saħħa ta' Sophie nqabdu 600kg kokaina u 35kg kannabis fil-Port Ħieles u fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Prosit, Sophie! Ser jinħass in-nuqqas tiegħek fost il-ħaddiema fid-dwana.


Marija Bellia