Inqas minn ġimagħtejn ilu, assistejna għall-finali ta' Brillanti. Finali li intrebħet minn Kristen Abela. Iż-żagħżugħa ħalliet impressjoni pożittiva tul il-programm u grazzi għar-rebħa tagħha, hi spiċċat anke rċeviet rikonoxximent mil-lokalità tagħha.

Is-Sindku tax-Xgħajra Neil Attard, qasam ritratt ma' Kristen fejn fiha jidher jippreżentalha tifkira mill-isbaħ mogħtija f'isem il-Kunsill Lokali. Hu jikteb, "Rikonoxximent żgħir lil Kristen Abela, żagħżugħa mix-Xgħajra li bit-talent tagħha rnexxielha toħroġ rebbieħa fi Brillanti 2024. Il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra jawguralek l-isbaħ futur possibbli."

Żgur li Kristen apprezzat immens dan ir-rikonoxximent mis-sindku tal-lokalità. Hu sabiħ li tirċievi u tkun rikonoxxut għas-suċċessi li tagħeml. Prosit għal darb'oħra Kristen, ċerti li se nisimgħu aktar dwarek.

Facebook / Kristen Abela


Emil Calleja Bayliss