L-attriċi u preżentatriċi Marica Cassar twieldet fil-5 ta’ Ġunju tal-1969. Ta’ tlettax-il sena bdiet it-taħriġ tagħha fl-arti drammatika fl-akkademja tat-Teatru Manoel. Nafuha bla dubju fuq it-televiżjoni wkoll l-aktar bil-karattri ta' Giannina fuq One Star Hotel u Sandra waqt Santa Monika.

Studjat fl-Università ta’ Malta dwar iż-żgħażagħ u l-komunità u aktar tard speċjalizzat barra minn Malta fi drama therapy u studju speċjalizzat fuq motivazzjoni u għarfien lejn il-pożittiv fil-ħajja ta’ kuljum u l-iżvilupp personali.

Kisbet ukoll ċertifikat universitarju wara li temmet b’suċċess kors fil-Qari tal-Provi tal-Malti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Ippreżentat u pproduċiet u ħadet sehem bħala attriċi f’diversi xogħlijiet għat-teatru, radju u għat-televiżjoni Maltija. Serviet fl-Uffiċċju tal-President ta’ Malta bħala PRO bejn l-2009 u l-2014.

Wara ngħaqdet ma’ Caritas Malta bħala l-Kelliema tal-Entità (PRO) u Fundraiser. Mal-istess organizzazzjoni fi ħdan il-Knisja tagħmel xogħol ta’ drama therapy fil-komunitajiet terapewtiċi residenzjali li għandha Caritas Malta kontra l-abbuż tad-droga.

Il-volontarjat għandu parti importanti fil-ħajja tagħha u matul ħajjitha ddedikat ħinijiet twal taħdem id f’id ma’ dawk l-aktar vulnerabbli u emarġinati tas-soċjetà

Awguri minn qalbna Marica!

Youtube/ Jeremy Gatt


Kyle Zarb