Wara r-riżultat diżastruż ta' James Newman fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, jidher li t-tim tar-Renju Unit beda jaħseb dwar is-sena d-dieħla. Fil-midja bdiet iddur l-istorja li t-tim staqsa lil Jessie J biex is-sena li ġejja ttajjar il-bandiera Brittanika f'dan il-konkors.

Il-gazzetta The Sun tirrapporta li Jessie J ġiet avviċinata mill-BBC biex tkun hi li tirrappreżenta lill-pajjiż fl-Italja s-sena d-dieħla. Is-sors jgħid, "It-tim tal-produzzjoni huma ddisprati li jibdew mill-ġdid wara l-flop ta' din is-sena u qed jippruvaw jattiraw l-aqwa talent bi wegħdiet ta' bejgħ ta' diski qligħ u espożizzjoni internazzjonali."

Jessie J ma kkummentatx dwar l-aħbar u ma kkonfermat xejn jekk ġietx avviċinata. Din mhux l-ewwel darba li r-Renju Unit mar għall-kantant famuż, fl-2011 provaw bil-grupp Blue, seklu wara li kien famuż iżda kisbu l-11-il post, fl-2012 provaw bil-leġġendarju Englebert Humperdinck li spiċċa fil-25 post, filwaqt li s-sena ta' wara bagħtu lil Bonnie Tyler li spiċċat fid-19-il post.

X'taħsbu li kieku Jessie J ikollha tkun fil-Eurovision Song Contest? Taħsbu li l-ċansijiet tar-Renju Unit jiżdiedu?

Facebook / Jessie J


Emil Calleja Bayliss