Listilisti tal-moda Jeff Francalanza u Alan J. Darmanin kienu l-mistiedna fuq Sibtek fejn Ryan mill-ewwel beda billi għadda kumment lil Jeff dwar xagħaru. Jeff qallu li dejjem ibiddel xagħaru imma għal Jannar ser iħallieh miżbugħ isfar.

Id-diskussjoni żvolġiet dwar il-kompetizzjoni Miss Universe li din is-sena saret fl-Amerka b'differenza mis-soltu li ssir f'pajjiżi Asjatiċi. Malta kienet irrappreżentata minn Teresa Ruglio; tfajla mimlija b'karatteristiċi mill-isbaħ. Alan Darmanin qal kemm l-Amerikani jtuh importanza kbira lil dan l-avveniment. Din is-sena kien hemm enfasi fuq tfajliet ta' karnaġġjon skur mill-Amerikani.

Artisti ċelebri minn madwar id-dinja jikkumentaw fuq dan is-show bħal Oprah Winfrey. Tfajla mis-South Africa rebħet il-konkors u ħalliet impatt kbir fuq iċ-ċelebritajiet. Alan qal li dan m'huwhiex beauty pageant normali. Meta kien mistoqsi mill-mudelli ta' Sibtek jekk wasalx il-mument li anke nibagħtu tfajla ta' karnaġġjon skur biex tirrapreżentana, Jeff pront wieġeb li "iva; hi min hi, hi x'inhi, jew barranija li tgħix hawn Malta, jekk it-tfajla tkun committed għal dan il-konkors, iva għaliex le?!"

Ritratt: JJ Chircop/ Jeff Francalanza


Clifford Galea