APS Bank fuq il-mezzi soċjali tagħhom ħabbru li hemm min qed jagħmel telefonati biex jieħu dettalji importanti tal-klijenti tagħhom. Huma jiktbu, "Irċevejna rapporti ta’ attentati ta’ phishing minn sejħiet li jippersonizzaw lil APS Bank."

Huma jiktbu, "Tassumux li kwalunkwe telefonata li tidħol minn (+356) 2122 6644, sew jekk bil-Malti jew bl-Ingliż, hija neċessarjament mill-Bank. Qatt ma nitolbu l-passwords tiegħek, in-numru sħiħ tal-card, il-PIN/kodiċijiet myAPS jew in-numru CVV."

Huma jżidu, "Jekk għandek dubju, jekk jogħġbok ċempel iċ-Ċentru ta' Kuntatt tagħna fuq (+356) 2122 6644 (mit-Tnejn sal-Ħadd, mit-08:00 sad-21:00)." Ħudu ħsieb u xerrdu l-aħbar mal-familja u l-ħbieb tagħkom. 

Attentati bħal dawn qed isiru fuq kull bank u wieħed għandu dejjem joqgħod attent!


Emil Calleja Bayliss