Illum jaħbat għeluq snin il-kantanta lokali Carmen Tanti, magħrufa għas-sehem tagħha fil-mużika Maltija flimkien ma' żewġha Joe Tanti, taħt l-isem Greenfields.

Kif tista' tinsihom? Joe u Carmen għandhom storja twila ta' mużika Maltija b'kanzunetti li baqgħu imsemmija bil-bosta fosthom, Il-Banda t'Indri, Ċeklem Ċeklem Karozzin u Il-Vapur tal-Art. Riċentament lil din il-koppja ħelwa u bravissima mimlija talent u spirtu pożittiv rajniha tkanta waqt il-festival Mużika Mużika flimkien mal-grupp Malti Bernie & Pod.

Dakinhar kantaw il-kanzunetta Iż-Żmien Għaddej flimkien magħhom. Diversi segwaċi, qraba u ħbieb ħallew ix-xewqat sbieħ tagħhom fuq il-profil ta' Joe u awgrawlu f'dan il-jum speċjali. Minn qalbna ngħidu Awguri kbir lil Carmen u nixtiqulha aktar snin ta' saħħa, suċċessi u kuntentizza!


Kyle Zarb