Stilist tax-xagħar lokali, Pioen Mallia, għadu kemm preżenta xogħol artistiku b'messaġġ. Hu ħoloq upstyle li għamlu għal eżami li kellu l-iskola bit-tema Fantasy Hairstyle.

Pioen Mallia 1

Pioen xtaq joħloq dehra li tirrappreżenta waħda mir-realtajiet li qed ngħixu - l-ambjent. "Meta bdejt naħseb x'nista' nagħżel bħala tema, ġejt ispirat minn tema tipika Maltija, li hija l-baħar. F'dawn ir-ritratti nistgħu naraw il-mudella maqbuda f'xibka li assoċċjata mat-tniġġis tal-baħar, li bil-mod il-mod qed jeqred il-ħlejjaq sbieħ li fiha."

Pioen Mallia 2

Prosit Pioen! Tassew hi xi ħaġa sabiħa li fil-waqt li wieħed jippreżenta t-talent tiegħu, jgħaddi appell u messaġġ li jgħodd għalina lkoll.

Pioen Mallia 3

Facebook/ Pioen Mallia


Kyle Zarb