Kanzunetta klassika Maltija li jgħaddi kemm jgħaddi żmien tibqa’ popolari hija bla dubju Sal-Aħħar Nifs, oriġinarjament kantanta mill-bravissimu Fabrizio Faniello. Riċentament, Fabrizio flimkien ma’ oħtu Claudia Faniello u Owen Leuellen nedew verżjoni ġdida tal-istess kanzunetta li ser tkun il-kanzunetta uffiċjali għall-maratona ta’ Dar Bjorn.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Bjorn Formosa qal, “SAL-AĦĦAR NIFS - Kanzunetta uffiċjali għall-maratona ta' DAR Bjorn li se ssir, il-Ħadd, 22 ta' Settembru fuq l-istazzjonijiet primarji.”

Int tista’ wkoll tgħin lil Dar Bjorn permezz ta’: SMS - 50619271 - €11.65 jew BOV Mobile Pay 79096249 jew Revolut 79209420.

Prosit kbira ta’ din il-verżjoni mill-isbaħ.

Facebook/Bjorn Formosa


Charlton Cefai