Fuq l-istazzjon tar-radju 103, Stephanie Agius għamlet appell għal kull min għandu xagħru twil.

Hi stqarret li hemm ħafna nies, kemm adulti u kemm tfal, li huma morda bil-kanċer u għandhom bżonn ix-xagħar naturali biex isiru l-parrokki għalihom.

Fil-filmat uriet li għalkemm hi tħobb li jkollha xagħarha twil, iddeċidiet li taqtgħu u ttih donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund.

Hi tgħid li l-emozzjoni li ħasset wara li għamlet din l-att ta’ karità kienet kbira wisq! Huwa tajjeb li xi kultant naħsbu f’ħaddieħor u ngħinu bil-mod kif nistgħu.

steph

M’hemmx għalfejn li nagħtu flus bħala donazzjoni, għax nistgħu nagħtu xagħrna stess!

Facebook/Stephanie Agius


Nicole Barbara