Brillanti ta' din il-ġimgħa ra s-semifinalisti jikkompetu sabiex iżommu posthom fil-programm. Brillanti Singers Goes Film kienet semifinali missileta b'diversi artisti jispikkaw u jirnexxielhom juru l-brillanti ta' ġo fihom.
Martina Borg u l-grupp La Voix Harmonies spiċċaw jissieltu kontra xulxin biex iżommu posthom fil-kompetizzjoni. La Voix Harmonies iddeċidew li fis-sing off jagħmlu s-silta minn The Greatest Showman This Is Me filwaqt li Martina Borg għażlet li tagħmel is-silta I Look To You ta' Whitney Houston.
Iż-żewġ prestazzjonijiet fis-sing off ħallew lill-ġurija bla kliem. Żewġ prestazzjonijiet b'saħħithom mimlija enerġija u mimlija passjoni bil-mod uniku tagħhom. Meta ġew biex jagħtu r-riżultat il-ġurija ħabbru li Martina se tkun qed tgħaddi għas-semifinali li jmiss
Martina kienet verament emozzjonata li rnexxielha ssalva iżda kienet ukoll iddispjaċuta li La Voix Harmonies se jkunu qed iħallu l-kompetizzjoni. Martina ma kinitx taf li hemm sorpriża għal La Voix Harmonies. Il-ġurija ddeċidew li jżommuhom ukoll fil-kompetizzjoni.
B'hekk din il-ġimgħa, ħadd ma mar id-dar mis-semifinalisti ta' Brillanti. Dan kapaċi jixħet ftit pressjoni fuq il-parteċipanti fil-ġimgħat li ġejjin għax taf ikun hemm xi semifinali fejn żewġ parteċipanti jmorru d-dar.
Kien ħaqqhom jibqgħu t-tnejn?