Ħafna forsi ma semgħux dwar dak li tikkawża l-istoma. Magħrufa wkoll bħala Colostomy jew Illeostomy. Li jiġri hu li wara li ssir l-operazzjoni l-musrana tkun 'l barra u tispiċċa bil-borża.

Ftit tal-ġranet ilu ġie kkreat grupp fuq il-midja soċjali biex dawk kollha li jgħaddu minn din l-operazzjoni li f'kemm ilni ngħidlek tbiddillek ħajtek bl-effetti li tħalli, jinagħqdu fih biex isibu s-sapport li jiġu bżonn. Charmaine Gauci hi waħda mill-persuni li għaddiet minn dan l-intervent mediku u li għalkemm ħajjitha nbidlet, għandha kuraġġ ta' sur u lesta taffronta kull ostaklu.

Kienet propju xewqa tagħha li jitwaqqaf dan il-grupp fuq Facebook. Hi taqsam diversi ħsibijiet dwar din l-esperjenza. "Ħajtek tinbidel f'sekonda imma jkolli ngħid li kieku ma kinitx għall-imħabba u l-appoġġ li sibt mill-familja u l-ħbieb tiegħi ma kontx nagħmilha! Għal dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli ŻOMM SOD/A!Tasal ukoll u akar b'saħħtek! Għall-ewwel ma stajtx naċċetta l-bidla, imma fl-aħħar mill-aħħar nemmen li għandek dejjem taċċetta lilek innifsek u tħobb lilek innifsek kif int!"

Dan kien kliem Charmaine u tagħti wkoll r-raġuni għaliex xtaqet twaqqaf dan il-grupp Stoma Support - Malta. "Sfortunatament f'Malta m'għandniex għarfien biżżejjed meta niġu għall-istoma, u għalhekk nispera li dan il-grupp ikun il-bidu ta' aktar edukazzjoni dwar dan! Intom ilkoll mistednin li taqsmu l-istorja tagħkom sabiex flimkien inkunu nistgħu nappoġġjaw lil xulxin."

fg

Issieħeb ma' dan il-grupp u xerred lil din il-familja ma' oħrajn. Kulħadd kapaċi jiġi bżonn xulxin għada pit'għada. Kuraġġ lil Charmaine u dawk kollha li għaddejjin minn sitwazzjoni simili.


Kyle Zarb