Fuq il-paġna Service Dogs Malta Foundation ġiet ippubblikata post dwar suċċess sabiħ li nkiseb minn din il-komunità. Sitt iklieb fil-fatt kellhom eżami, li minnu għaddew, biex jgħinu persuni diabetiċi u bl-awtiżmu.

Lucy gradwat bħala Diabetic Alert Service Dog, mentri sħabha Macy, Skye, Ollie, Milly u Daisy se jagħtu s-servizz bħala Autism Support Service Dog. "Ma nistgħux inkunu aktar kburin minn hekk!" 

Xerrdu ritratt tas-sitt iklieb li ser ikunu qed jagħtu s-sapport tagħhom fil-komunità. Prosit tal-ħidma Service Dogs Malta Foundation!


Kyle Zarb