It-tliet finalisti urew kemm huma kapaċi fil-kċina bi platti mill-aqwa minn Ray George, David u Nicholas. Huma kellhom siegħa ċans biex jippreparaw starter, siegħa għall-main course u siegħa għad-deżerta. Kollha ħarġu bl-unuri u platti mill-aqwa bi presentazzjoni mill-isbaħ.

Ir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni ta' MasterChef Malta hu Nicholas. Nicholas kien wieħed mill-aktar kokijiet konsistenti tul is-sensiela ta' MasterChef Malta, fejn anke rebaħ numru ta' sfidi fost sħabu.

Flimkien mat-trofej prestiġjuż, hu rebaħ premju tal-flus, ktieb tar-riċetti u ċ-ċans li jiftaħ ukoll ir-restorant tiegħu fi ħdan DB Group. Żgur li din kienet esperjenza li tista' tbiddillu ħajtu ta' taħt fuq.

MasterChef Malta qed ifittex il-parteċipanti għat-tieni staġun! Jekk taf lil xi ħadd imħajjar jagħmel dan jista' jagħmel kuntatt mat-tim tal-produzzjoni permezz tal-paġna tagħhom!

Facebook / MasterChef Malta


Emil Calleja Bayliss