Simon Cowell li huwa magħruf għall-istil kontroversjali tiegħu bħala ġurija fi spettakli kbar televiżivi bħal X Factor, bħalissa għaddej minn intervent mediku wara li waqa' minn fuq rota elettrika f'Kalifornja.

L-artist għandu l-età ta' 60 sena u jgħix f'Malibu. Kelliema għalih qalu li Simon jinsab tajjeb. Il-każ ġara lbieraħ meta Simon beda jipprova r-rota l-ġdida tiegħu.

Ritratt: metro.co.uk

Simon Cowell huwa l-moħħ wara l-ispettaklu America's Got Talent li ħolqu hu stess u kien ġurija fih. Serva wkoll bħala ġurija fi Britain's Got talent, X Factor u anke American Idol.

Nawguraw fejqan ta' malajr lil Simon!

Ritratt: metro.co.uk


Clifford Galea