Yunischka u r-raġel tagħha Jason ilhom flimkien b'kollox 22 sena u ftit ilu ċċelebraw 12-il sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Għal min ma jafx dan huma s-sidien tal-ħwienet tal-ħwejjeġ Xiks. F'dawn is-snin flimkien għaddew minn ħafna tbatija, fosthom sentejn ilu Yunischka kellha aċċident. Tajritha karozza hu kienet f'xiber il-mewt. B'persistenza liema bħala, flimkien mar-raġel tagħha li dejjem taw sapport lil xulxin irnexxielhom jegħlbu din il-problema wkoll. 

Fl-anniversarju tagħhom iddeċidew li jippublikaw filmat mit-tieġ tagħhom bil-kanzunetta ta' Albano u Romina u ntlaqa' tajjeb ħafna fuq Facebook. Filmat gustuż tagħhom it-tnejn. 

Jekk forsi midħla tal-festivals lokali, mela ġieli smajt bit-tifel tagħhom Rutger. Rutger jekk taraw il-filmat jidher bħala l-page boy tagħhom fit-tieġ. Iżda issa kiber mhux ħażin!

Hi u r-raġel tagħha bdew jiltaqgħu ta' 18-il sena. Tgħidilna li flimkien ma kellhom ħajja ward u żgħar b'ċerti drabi kellhom jaffaċjaw l-iebes. Aħna ta' Gwida.mt nawguraw minn qalbna lil din il-koppja aktar snin ta' ferħ u mħabba. 


Anthony Baldacchino