Nhar il-Ħadd li għadda kienet il-ġurnata speċjali għall-koppja Sean u Paula hekk kif dakinhar qalu s-signor si biex jgħixu ħajjithom flimkien. Bosta attendew u ċċelebraw magħhom f'din il-ġurnata u bla dubju kienu ħafna li awgurawlhom.

"Dak kien l-aqwa jum ta’ ħajjitna. Sean, int l-akbar ħabib tiegħi, il-persuna tiegħi, l-imħabba ta’ ħajti... u issa żewġi. Inħobbok aktar minn kemm jistgħu jiddeskrivu l-kliem."

Paula tkompli billi f'isem Sean tirringrazzja lil kull min iċċelebra magħhom fil-jum speċjali tagħhom kif ukoll lil dawk kollha li kienu parti minn din il-ġurnata sabiħa.

Mill-ġdid it-tim ta' Gwida.mt jawgura lill-koppja Paula u Sean!


Kyle Zarb