Dan l-aħħar tkellimna mal-attur, awtur u direttur Desier Debono dwar dak li għandu preparat fil-futur. Desier ħadem diversi produzzjonijiet fil-passat bħal Libra, Pupazz, Iż-Żagħka, Feliċi u l-aktar riċenti l-famuż Ta' Gerit

Desier qalilna li ser ikun qed joħloq flimkien mat-tim professjonali tiegħu xi ħaġa differenti kompletament minn dak li rajna f'Ta'Gerit ngħidu aħna.

"L-ikbar biċċa xogħol tagħna, għadha ġejja u se nġennu Malta. Ta' Gerit għad baqagħlu sa Lulju, fis-sajf nieħdu brejk qasir, imma fil-pipeline għandna proġett jaħraq. Il-preparazzjoni u diskussjonijiet diġà bdew, biss nemmnu li fil-bidu tas-sena, se jerġa' jaqa' l-kwiet fit-toroq u se tkun biċċa xogħol fuq fomm kulhadd."

Desier ikompli, "Ma nistax ngħidilkom wisq. Differenti ħafna minn Ta' Gerit, u qed nagħmlu ħafna riċerka." Tgħid x'imiss minn Desier?! Nistennew u naraw irridu!

Desier Debono

Ritratt: Desier Debono

Facebook/ Ta' Gerit


Kyle Zarb