The Masked Singer Malta hija kompetizzjoni tal-kant ibbażata fuq il-format Korean ta’ King of Masked Singer. L-artisti parteċipanti huma ċelebritajiet lebsin kostumi minn rashom sa saqajhom li jaħbu l-identità vera tagħhom minn dak li jkun qiegħed jippreżenta s-serata (Host), l-udjenza u n-nies tal-panel, imsejħin id-‘Detectives’, u l-kontestanti l-oħrajn.
Din il-kompetizzjoni televiżiva waslet Malta wkoll, u se tkun qiegħda tinvolvi lill-istilel lokali Valentina Rossi, Ryan u Josmar, u Amber bħala d-Detectives, flimkien ma’ ‘Guest Detectives’ oħrajn li se jkunu qegħdin jikkontribwixxu f'dan il-programm.
"Se jibdew jitneħħew il-maskri. Intom lesti? Għax aħna lesti!," jikteb it-tim tal-produzzjoni fuq il-midja soċjali, waqt li jfakkar lis-segwaċi għall-bidu ta' dan il-programm illejla. The Masked Singer Malta se jkun qed jixxandar mil-lejla fid-21:15 fuq TVM.
Facebook/ The Masked Singer Malta