Fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook, Puttinu Cares qasmu l-istorja ta' waħda mill-pazjenti tagħhom.

Il-pazjenta spjegat kif f'Diċembru tal-2020 saret taf li għandha kanċer f'sidirha, li kienet sfida ikbar meta tikkunsidra li kien hemm il-pandemija ta' COVID-19 għaddejja wkoll. Wara diversi operazzjonijiet, ħames xhur u nofs ta' kimoterapija, u tliet ġimgħat tagħmel ir-raġġi, hi kienet determinata li tgħix, mgħejuna bl-appoġġ kontinwu ta' familtha, sħabha, il-kollegi, u l-istudenti tal-Kulleġġ Stella Maris, fejn taħdem.

Qasmet il-gratitudni li għandha għall-professjonisti mediċi li taffewlha ħafna mill-uġigħ. Spjegat ukoll kif flimkien mal-kollegi tagħha organizzat bejgħ ta' sandwiches b'risq Puttinu Cares, attività li minnha nġabru €333.22.

Kuraġġ!


Bradley Cachia