L-attur lokali bħalissa jinsab għaddej minn trasformazzjoni fejn dawk li jsegwuh jafu li tilef ħafna piż. Rodney infatti kien ħabbar li tilef madwar 30 kilo u jidher li qed jipprova jżomm ruħu attiv sabiex jibqa' jieħu ħsieb saħħtu.

Dalgħodu fuq il-profil tiegħu ta' Facebook, Rodney kiteb li għall-ewwel darba llum mar ix-xogħol bir-rota u tella' ritratt tiegħu ta' xħin wasal fl-istudios ta' Three Wise Men, id-dar tal-produzzjoni li hu jmexxi.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Rodney biex jibqa' f'din it-triq u jkompli jieħu ħsieb saħħtu! Prosit Rodney, qed tieħu ħsieb saħħtek u saħħitna la mort għax-xogħol bir-rota!

Facebook / Rodney Gauci


Emil Calleja Bayliss