Fit-30 ta' Diċembru, raġel barra minn xtutna bl-isem ta' Thomas Dodd poġġa ritratt fuq Twitter ta' munzell karti u kiteb: "Il-Livell 4 huwa l-inqas inkwiet tiegħi... Apparentement f'xi punt matul il-Milied xrobt wisq inbid u legalment biddilt ismi għal Celine Dion!"

Huwa qal lil BirminghamLive li huwa "kemmxejn ossessjonat" bil-kantanta, u kien qed jara ħafna mill-kunċerti live tagħha waqt li kien f'lockdown. Hu jgħid li kważi tah ħass ħażin meta rċieva envelop biċ-ċertifikat tal-bdil t'ismu.

Fl-istat ta' sakra li kellu, Thomas li issa hu magħruf bħala Celine kien tant iddisprata biex ikun jista' jagħti prova tal-isem il-ġdid tiegħu lin-nies li ordna tmien ċertifikati żejda. Hu jistqarr li ommu ma tantx ħaditha tajjeb din l-aħbar iżda oħtu daħket daħka.


Emil Calleja Bayliss