Skont is-sezzjoni dwar il-qtugħ tad-dawl fuq is-sit tal-Enemalta, partijiet minn dawn it-tmien lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw xi qtugħ tal-elettriku skedat bejn għada s-Sibt 11 ta' Mejju u l-Ħadd 11 ta' Mejju. Il-ħinijiet u t-toroq ivarjaw, bix-xogħlijiet jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew iġġebbdu wara nofsinhar.

Dawn huma l-lokalitajiet li għada ħa jesperjenzaw xi qtugħ ta' dawl:

  • Il-Belt Valletta mis-07:00 sal-11:00
  • L-Imġarr mit-08:00 sa 12:00
  • Ħal Għaxaq mis-07:00 sad-21:00
  • Il-Mellieħa mit-08:00 sad-21:00
  • Ix-Xagħra mit-08:00 sas-14:00
  • Ir-Rabat mit-08:00 sa 12:00
  • Ta’ Kerċem mit-08:00 sa 11:45

Din hi l-lokalità li l-Ħadd ħa tesperjenzaw xi qtugħ ta' dawl:

  • Iż-Żejtun minn 12:30 sas-14:00

L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija bl-SMS li jibgħatlek messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanzi lil kull min abbinat. Sabiex tara t-toroq speċifiċi li se jiġu affettwati idħol HAWN.


Emil Calleja Bayliss