Kont taf li għandna qawl għal kull xahar tas-sena? Forsi uħud minnhom nisimgħuhom ta’ spiss filwaqt li oħrajn mhux daqstant popolari, imma nsomma aħna ddeċidejna li nsemmu wieħed minn kull xahar biex ħadd ma jieħu għalih!

Kif ħa tindunaw ħafna minnhom huma marbutin jew mat-temp li wieħed imdorri jistenna f’dak iż-żmien tas-sena inkella ma’ xi użanza li ssir propju f’dak ix-xahar. Mela tlaqna... ħa naraw minn dawn kemm taf!

View this post on Instagram

A post shared by Charles Grech Bistro (@charlesgrechbistro) on

F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar

L-ewwel qawl jagħmel referenza maltemp li jkollna f’dan ix-xahar. Naħseb li bdejna b’wieħed faċli... nimxu għal li jmiss.

Frar fawwar jimla l-bjar

Dan ikolli ngħid popolari... heq hux kulħadd jaf li tinżel ħafna xita f’dan ix-xahar tant hu hekk li l-bjar mhux talli jimtlew taf ukoll ifuru. Ieħor faċli.

View this post on Instagram

A post shared by FreeHour - Student App (@freehour_app) on

F’Marzu l-flissjonijiet komuni bħax-xebbiet

Ara dan probabli mhux daqshekk popolari imma ħabba l-imberkin fjuri li jifjorixxu dan iż-żmien ikun ikun hawn ħafna nies bl-allerġiji. Ma ngergrux għandna bżonn nieħdu ħsieb l-ambjent!

F’April id-dubbiena tagħmel żinn u s-sħaba tmur lil hinn

April kulħadd jaf li jġib miegħu ħafna dubbien fitt għax jibda jonqos il-maltemp. Tant hu hekk li jkun hemm min jieħu l-ewwel għawma ukoll! Qatt mhu kmieni wisq!

View this post on Instagram

A post shared by Your Travel Site To Malta 😍 (@maltainfoguide) on

Mejju bla riħ il-biedja tifraħ bih

Fil-ħames xahar tas-sena tista’ tgħid ma jkollniex riħ u din hi aħbar tajba żgur għal bdiewa. Ġielu smajtu dan il-qawl? Ieħor faċli.

Ġunju Ġunjett ineħħi l-qmis u d-dublett

X’nagħmlu f’dan ix-xahar? Wieħed jibda jqaċċat il-ħwejjeġ minn fuqi bl-addoċċ għax tibda s-sħana. Ilkoll nafu li kultant is-sħana ta’ pajjiżna tista’ tkun ftit kiefra.

View this post on Instagram

A post shared by BELS English Language Schools (@belsmalta) on

Lulju l-ħajjatin jibdew jaqilgħu xi karlin

Wieħed jistaqsi dan x’għandu x’jaqsam. F’Lulju l-ġurnata titwal u l-avveniment jiżdiedu inkluż il-festi u tradizzjoni kienet li dak li jkun imur iħit libsa ġdida biex jiddandan biha fil-festa.

Awwissu x-xemx taħarqu u x-xita tmissu

Qawl ieħor fuq it-temp! Ara vera konna u għadna ossessjonati bl-ostra temp ta’... bejn kulħadd fuq il-baħar għax ix-xemx tkun tikwi u bejn ikollna ukoll l-għerrejex ta’ Santa Marija. Ftit minn kollox insomma!

View this post on Instagram

A post shared by TheWeatherPageMalta (@theweatherpagemaltaofficial) on

Xemx ta’ Settembru tiftaħ il-bibien tar-rixtellu

X’rixtellu qed jitkellem fuqu dal-qawl? Ir-rixtellu xi għalqa għax milli jidher ix-xemx ta’ dan ix-xahar tajba ferm għal biedja! Kont taf?

Ottubru jidħol u joħroġ fit-tubru

Dan probabli jirreferi għad-dlam li jkollna f’dan ix-xahar minħabba t-temp ikrah! X’jaħbat it-tubru? Milli jidher tip ta’ tebut! Naqa makabri qisu dal-qawl!

View this post on Instagram

A post shared by Kurt Baldacchino (@kurt_baldacchino17) on

F’Novembru jaqtgħu, ikissru u jżenblu

Aggressiv ftit dal-qawl qisu! Milli jidher jirreferi għall-ġbir taż-żebbuġ li jibda propju f’dan ix-xahar. Xi tfisser iżenblu? Tqiegħed frott u l-ħaxix f’xi qoffa kbira. L-aqwa żaqqna!

Diċembru fis-sala jidħol membru

L-aħħar xahar wasal ukoll u sena sħiħa għaddiet, b’hekk fl-aħħar inaqgħad mal-oħrajn. Dan ovvjament ifisser li ħa tibda sena ġdida!

View this post on Instagram

A post shared by William Attard McCarthy (@mccarthysphotoworks) on

Kemm kont taf minn dawn il-qwiel? Tgħallimt xi wieħed ġdid jew? Isma’ hemm qwiel oħra tafx u hemm qwiel li saħansitra jżewġu x-xhur flimkien ukoll! Nafu ukoll li probabli tużawhom! Jekk forsi għandek xi qawl li abbinat ma’ xi xahar partikolari li tuża spiss tiddejaqx tgħidilna hawn taħt! Pjaċir nieħdu b’kull kontribuzzjoni!

@dazz_photo / Instagram


Emil Calleja Bayliss