Katrina Abela fuq Facebook appellat għall-għajnuna biex tinstab il-qattusa tagħha.

Spjegat kif il-qattusa suppost tinsab xi mkien iż-Żejtun u li twieġeb għall-isem Hazel. Żiedet, "Normalment, hi tħobb toqgħod ġewwa, imma b'xi mod fetlilha toħroġ. Hija ċċipjata u msewwija, għalkemm m'għandhiex earmark."

Komplew jispjegaw kif l-aħħar li rawha kien ilbieraħ, fl-22:50.

Min għandu xi forma ta' informazzjoni dwar Hazel, jista' jċempel fuq 79291244 jew 79977937.


Bradley Cachia