Il-futur jidher li hu wieħed pożittiv għall-kantanta lokali Moira Stafrace. Moira tul l-aħħar snin għaddiet minn żmien diffiċli wara t-telfa tal-għeżież ġenituri tagħha u żewġha Chris. Moira tkellmet dwar it-telfiet għeżież għaliha f'diversi intervisti.

Fl-aħħar edizzjoni ta' Mużika Mużika, hi ppreżentat il-kanzunetta Din Għalik, b'dedikazzjoni speċjali lill-għażiż żewġha. Issa jidher li Moira qed tħares lejn il-futur. Fuq il-mezzi soċjali tagħha hi taqsam ritratt ma' Martin Ward fejn tikteb, "Qatt ma kont naf xi tfisser verament ‘mixi ‘l quddiem... Sakemm iltqajt ma’ din ir-ruħ sabiħa li ħarġet l-aħjar minni."

Nawgurawlek mill-qalb Moira! Jixraqlek li tgħix ħajja feliċi mimlija mħabba!

Instagram / Martin Ward


Gwida.mt