Bellezza li tingħaqad fi spettaklu mużikali, imma kemm ikun aktar prestiġjuż meta tissieħeb fi spettaklu ġewwa l-Belt Valletta stess? L-opportunità qiegħda wara l-bieb, għaliex il-mużiċisti ta’ Tektek Nota qegħdin ifittxu parteċipanti għall-attività Tektika Kapitali, sensiela ta’ workshops li jantiċipaw 3 rappreżentazzjonijiet mużikali fil-Belt nhar is-Sibt tas-26 ta’ Ottubru.

Tektika

Facebook / Valletta Cultural Agency

L-għaqda qiegħda tfittex mużiċisti li:

  • Għandhom livell mużikali prattiku fi Grad 4 jew aktar;
  • Għandhom bejn il-11 u t-30 sena;
  • U li jdoqqu wieħed mill-istrumenti mużikali li ġejjin: Flawt, Kwartin, Klarinett, Kurunetta, Sassofonu, Kurnu, Flikornu Tenur (Althorn), Ewfonju, Trumbun, Baxx, Strumenti tal-Perkussjoni, u Ċimblu.

Jekk iddoqq strument li mhux imsemmi fil-lista, tħabbilx rasek – xorta waħda mħeġġeġ tibagħtilhom u tiġi meqjus sabiex tifforma parti mill-proġett. Kull applikazzjoni tgħodd!

Vlt

Flickr / Mark1792

Il-mużika se tinvolvi kanzunetti antiki Maltin tas-seklu 20 minn kompożituri Beltin, u se jifforma parti mill-Programm Kulturali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Imħajjar? Iddumx ma tapplika: is-sejħa tagħlaq is-16 ta’ Awwissu.

Agħfas hawn sabiex taċċessa l-formoli.

Facebook / Valletta Cultural Agency


Kurt Gabriel Meli