Hekk kitbet Ina Robinich ilbieraħ malli ntebħet li l-kelb tagħha Ozzy ħadilha l-ħelu tagħha. B'mod umoristiku Ina kitbet konversazzjoni bejnha u bejn il-kelb fejn hi għajritu ħalliel u l-kelb weġbiha: "Dak mhux serq. Imissek tirringrazzjani li neħħejtlek waħda minn ġo żaqqek, għajjejtni teqred li mhu jiġik xejn."

Xi ħlew! Ina tant tħobbu lill-kelb li tħossu jkellimha. Iżjed minn hekk, Ina hija magħrufa għal mod kif taħres lejn il-ħajja; dejjem titbissem u tfaqqa' d-daħq. Għandna bżonnhom nies bħalek Ina. Ifraħ u ferraħ lill-oħrajn!

Ritratt: Facebook/ Ina Robinich

Ina hija miżżewġa lill-kantant Dominic u għandhom lil Ainsley li huwa wkoll kantant. Awguri mingħandna ta' Gwida.

Ritratt: Facebook/ Ina Robinich


Clifford Galea