Aktar kmieni llum fuq il-paġna tal-midja soċjali tagħhom, Puttinu Cares aġġornaw lis-segwaċi dwar ix-xogħol li għaddej fl-appartamenti ta’ Sutton. “F’Sutton għadu għaddej xogħol intensiv. Għad għandna 4 appartamenti magħluqin minħabba l-ħsara li ġarrbet il-binja bl-ilma li irnexxielu jidħol kullimkien”, kitbu.

Huma rringrazzaw lis-segwaċi u lil min jgħinhom bid-donazzjonijiet, tas-sapport u l-ġenerożità li dejjem juruhom. Dawn l-appartamenti se jilqgħu fihom Maltin li jitilgħu l-Ingilterra biex jirċievu xi kura medika li f’Malta m’għandniex. “Flimkien inkomplu nagħtu dinjità lill-pazjenti u lill-familjari tagħhom”, żiedu jgħidu. Bosta faħħru l-inizjattivi ta’ Puttinu fis-sezzjoni tal-kummenti, speċjalment għal proġetti bħal dawn fejn iservu bħala raġġ ta’ dawl għall-marid.


Nicole Zammit