Pierre Cordina żgur li ma setax jirċievi rigal isbaħ minn dak li għadu kif irċievi ftit tal-ħin ilu. Id-dj popolari lokali madwar sagħtejn ilu ħabbar li sar missier. L-aħbar li qed jistenna tarbija kien qasamha magħna u wkoll għadna intervista dwarha fuq ir-rivista ta' dan ix-xahar.

Fuq il-profil tiegħu Pierre kiteb, "Merħba fid-dinja lit-tarbija sabiħa tagħna Luisa Pia! It-tnejn aħna mbierka li fl-aħħar tinsab magħna u ma stajtx nitlob għal miraklu aktar perfett f’Jum il-Missier. Għażiża tiegħi Rebecca, int stilla u ma nistax nistenna biex nibda din l-avventura ġdida miegħek."

Aħna nawguraw lil Pierre u lil Rebecca l-isbaħ xewqat għal wild tagħhom. Awgur mingħand it-tim kollu ta' Gwida.

Facebook / Pierre Cordina


Emil Calleja Bayliss