Il-Prinċipessa Charlotte Elizabeth Diana tiġi t-tieni wild tal-Prinċep William u Kate, il-Prinċipessa ta’ Wales. Hi twieldet fit-2 ta’ Mejju 2015 u għalhekk illlum qed tiċċelebra għeluq sninha hekk kif għalqet għaxar snin. Bosta jgħidu li l-Prinċipessa Charlotte tixbah ħafna lill-mibkija Prinċipessa Diana u filfatt isimha huwa b’dedikazzjoni għaliha u għan-nanna tagħha l-mibkija Reġina Eliżabetta.

Bħala t-tieni wild, il-Prinċipessa Charlotte tinsab it-tielet fil-linja għat-tron, wara missierha l-Prinċep William u ħuha l-Prinċep George. L-iżgħar wild, il-Prinċep Louis ċċelebra għeluq sninu ġimgħa ilu hekk kif għalaq seba’ snin filwaqt li nhar it-Tlieta tal-ġimgħa li ġejja, il-ġenituri tagħhom William u Kate jiċċelebraw l-14 -il anniversarju tagħhom.

Fuq il-paġna uffiċjali tal-Prinċep William u l-Prinċipessa Kate, kitbu messaġġ lill-għażiża binthom. Huma kitbulha, “Nawguraw lill-Prinċipessa Charlotte f’għeluq l-għaxar snin tagħha!” Ippubblikaw ukoll ritratt gustuż tagħha bi tbissima kbira fuq fommha.

Nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali.

Instagram / @princeandprincessofwales


Gabriella Borg