Illum Fatima, li tiġi l-kbira mill-aħwa Kayati, żewġ kantanti aħwa brillanti, qed tiċċelebra għeluq sninha. Oħtha Mabrouka kitbitilha messaġġ profond mill-qalb.

Kitbet, “Reġa’ ġie dak iż-żmien tas-sena – meta ‘x-xiħa’ tad-duo tikber ftit iżjed, issir xi ftit iktar għarfa, u żgur ħafna iżjed miġnuna! Forsi dak huwa s-sigriet ta’ kif tibqa’ tidher qishek l-iżgħar waħda fostna!”

Żiedet, “Imma onestament, ma rridekx tkun ebda mod ieħor. Naf li ngħidha l-ħin kollu, imma vera – dejjem jirnexxielek iddaħħakni u nitħasseb jekk hux forsi inti mara xwejħa ta’ 70 sena! Inħobbok ħafna, mingħand Mabs xx”

Messaġġ li tassew jesprimi l-imħabba ġenwina ta’ bejn dawn iż-żewġt aħwa. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali, nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri!

 

Instagram / @kayatiofficial


Gabriella Borg