Il-paġna uffiċjali ta’ The Malta Rekords qed tħeġġeġ lil kull min jixtieq jidħol għal record nazzjonali waqt is-sajf biex jikkuntattjawhom malajr kemm jista’ jkun. Dan għaliex fis-sajf ikun hemm ħafna festi tal-villaġġi u jixtiequ jevitaw id-diżappunt.

Huma kitbu, “The Malta Records, flimkien mad-dilettanti tal-festi Maltin, ninsabu ħerqana biex ingawdu l-festi tal-villaġġi li issa se jirrankaw ġmielhom. Inħeġġu lil dawk l-individwi, għaqdiet, soċjetajiet u kmamar tan-nar li jixtiequ jidħlu għal rekords nazzjonali, sabiex jikkuntattjawna mill-aktar fis. Dan biex kemm jista' jkun nevitaw rekords li jaħbtu fl-istess ħin.”

Żiedu jgħidu, “Irridu nikkordinaw mal-membri tal-ġurija tagħna biex nevitaw diżappunti. Ukoll jekk tidħol applikazzjoni ta' rekord, dan ma jistax jinkiser qabel tgħaddi dik il-festa partikolari. Awguri lill-voluntiera li tant ipaxxuna bil-kapaċitajiet tagħhom.”

Facebook / The Malta Records


Gabriella Borg