Illum, il-2 ta’ Mejju, niċċelebraw il-ġurnata speċjali ta’ Michela Galea, artisti versatili li ħalliet impatt qawwi fuq ix-xena kulturali Maltija bħala kantanta, attriċi u mudella.
Michela bdiet il-karriera tagħha fl-arti minn età żgħira, u l-passjoni tagħha għall-mużika u t-teatru wasslitha biex tispikka f’diversi oqsma. Fl-2014, rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Mixja Li Bdiet, u fl-2018 kisbet l-ewwel post fil-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Mhux Kulma Jleqq Deheb.
L-2017 kienet sena ta’ suċċess internazzjonali għal Michela, meta ġiet inkurunata Miss World Malta u rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ Miss World Talent waqt il-konkors globali fiċ-Ċina. Michela hija magħrufa wkoll għall-kanzunetta tagħha Ġawhra, li saret popolari fost l-udjenza Maltija permezz tat-tielet edizzjoni ta' Mużika Mużika.
Il-karriera tagħha tinkludi wkoll rwoli f’produzzjonijiet teatrali u televiżivi, fejn turi l-versatilità tagħha bħala artista. F’din il-ġurnata speċjali, nixtiequ nawguraw lil Michela Galea għeluq sninha u aktar suċċessi fil-karriera artistika tagħha. Awguri mill-qalb!