L-attur, żeffien u kantant Malti Damian Buhagiar huwa bbażat ġewwa l-Ingilterra fejn bħalissa għaddej jieħu sehem fil-musical popolari Grease. Aħna tkellimna ma’ Damian ftit jiem ilu u l-intervista tiegħu toħroġ dalwaqt. Imma kif spiċċa ħdejn Peter Andre, il-kantant ta’ Mysterious Girl u Flava li kienu kisbu popolorità fis-swieq ewlenin?

View this post on Instagram

A post shared by Fitness.Actor.Carartist (@damian.buhagiar) on

Milli jidher, Peter Andre u l-Malti jinsabu jieħdu sehem fl-istess musical bħalissa. Damian dwar Peter Andre jgħid li hu raġel li ssejjaħlu ħabib u jikkunsidrah qisu ħuh għal ħajtu. Damian jgħid li kien sorpriż jiskopri li Peter Andre kien wieħed mill-ambaxxaturi tal-Belt Valletta, irwol li kien ingħata lilu fl-2013.

Damian jgħid dinja żgħira hux! Fuq l-istess ritratt, Peter Andre jħalli messaġġ lil Damian jirringrazzjah. Ara min qatt kellu jgħid lil Peter Andre li ħa jispiċċa jieħu sehem fl-istess musical fejn Malti għandu waħda mill-partijiet prinċipali. Sabiħ li tara xi ħadd Malti għaddej jagħmel suċċess bħal ma qed jagħmel Damian bħalissa ġewwa l-Ingilterra.

Instagram / Damian Buhagiar


Emil Calleja Bayliss